Saturday, May 4, 2024

Tmien snin ħabs għal raġel li wettaq 15 -il serqa minn lokalitajiet differenti f’xahrejn

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena mill-Ġorġja u li ma għandux indirizz fiss, ġie kkundannat tmien snin ħabs wara li fil-Qorti ammetta li wettaq diversi serqiet minn djar differenti f’temp. ta’ xahrejn u li fost l-oħrajn, seraq flus u ġojjellerija.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-ispetturi Ryan Vella, Christina Delia u Joseph Mercieca spjegat li l-każ seħħ bejn Jannar u Frar ta’ sentejn ilu u li s-serqiet saru minn djar f’Birżebbuġa, fin-Naxxar, f’Marsaxlokk, f’San Pawl il-Baħar, fir-Rabat, Ħ’Attard, Birkirkara, l-Imsida, il-Għargħur u l-Mosta.

Il-Maġistrat Gabriella Vella, minbarra li ordnatlu sentenza ta’ tmien snin prġunerija, ordnatlu sabiex jagħtii lura iktar minn €60,000 li seraq lill-vittmi. Huwa ġie ordnat ukoll sabiex iħallas €14,342 fi spejjeż relatati mal-ħatra tal-esperti tal-Qorti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport