Monday, May 13, 2024

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser tgħin biex tiġi rrestawrata il-faċċata tal-Knisja ta’ San Publiju fil-Floriana

Aqra wkoll

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser tkun qegħda tassisti finazjarjament biex tiġi rrestawrata il-faċċata tal-Knisja Parrokjali ta’ San Publiju fil-Floriana.

Apparti l-interventi neċċessarji fuq il-ġebla preżenti, ser jiġi installat dawl ġdid li jikkumplimenta din il-faċċata tant rinomata b’mod partikolari għal avvenimenti li jsiru ta’ kull sena fuq il-Fosos tal-Floriana.

Din l-informazzjoni tħabbret wara l-iffirmar ta’ ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fil-preżenza tal-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo u s-Sindku ta’ din il-lokalità Vincent Borg qabel il-quddiesa pontifikali tal-festa.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo rrimarka kif dan il-ftehim ifisser iżjed investiment fil-komuntajiet, fil-patrimonju u fl-identità tagħna bħala Maltin u Għawdxin.

“B’hekk irridu naraw li nagħtu wkoll prodott turistiku li jkun iżjed iddiversifikat, aħjar u ta’ kwalità ogħla fil-bliet u l-irħula tagħna”, saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Sport