Monday, May 13, 2024

Grech jgħid li l-PM sab sodda lesta u ħarbatha

Aqra wkoll

“Issib laburisti li jgħidulek li dan ma għadux il-partit tagħna. Jgħidulek taħt Joseph kemm konna differenti. Dan Robert Abela il-prinċep, ma jafx x’igifieri illi tbati, sab sodda lesta u dik is-sodda ħarbatha”

Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt li kien qiegħed jindirizza attivita politika fi Triq Victor Denaro fl-Imsida. Grech qal li Malta qed titmexxa minn Gvern li skontu hu bla direzzjoni u li huwa evidenti li pajjiżna huwa mingħajr pjan.

Huwa rrefera għall-politika Laburista billi qal; “Għandhom politika tal-PR, dak illum huma jonqsu fis-sustanza jippruvaw jiksbuh bil-qoxra tar-reklamar. Politika tal-pr u politika tal-photoshop ukoll. Għax jekk ma kienux kapaċi jagħmlu bankina f’ħames snin fs-Siġġiewi irrangawha bil-kompjuter biex taparsi tiġi tidher sabiħa”.

Fuq il-Partit Laburista, huma żied jgħid li hija politika tal-gideb għaliex skontu jkunulesti biex jmissu ritratt ħalli l-istampa tkun waħda sabiħa. Kompla jenfasizza li l-Gvern mmexxi mill-Partit Laburistamhu qedjagħmelxejn biex jindirizza l-ħela ta’ħinli l-poplu qed iqatta’ fit-toroq minħabba t-traffiku.

Fid-diskors tiegħu, Grech għamel referenza wkoll għall-għoli tal-ħajja. Tenna li l-Partit Nazzjonalista għandu pjan għall-għoli tal-ħajja u li l-pjan huwa litiġieliminata t-taxxa minn fuq iż-żieda tal-għoli tal-ħajja

Sport