Monday, May 20, 2024

“Tmienja minn kull 100 qegħdin iħallu lill-PN kuljum” – Il-Ministru Aaron Farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu mill-Parlament, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia qal li l-Oppożizzjoni qiegħda tbati mill-kreddibiltà. Farrugia fakkar li l-istess Oppożizzjoni ilha 13-il sena, sena wara l-oħra tibqa’ fil-minoranza assoluta. “Elezzjoni wara l-oħra u survey wara l-ieħor, l-Oppożizzjoni baqgħet tgħid li kollox ħażin u dan huwa dak li l-poplu Malti ma jaċċettax. Hemm kritika u hemm kritika. Barra minn hekk meta tikkritika trid tersaq bi proposti. Forsi l-Oppożizzjoni m’għandhiex l-għodda li għandna aħna biex naħdmu. Iżda li hu żgur huwa li ż-żgħażagħ u l-anzjani ma jridux l-imġiba tal-Oppożizzjoni”, kompla l-Ministru.

Il-Ministru żied jgħid li l-Oppożizzjoni qiegħda taħdem bir-reverse għax skont l-aħħar survey, il-bieb tal-partit huwa miftuħ imma tmienja minn kull 100 kuljum qegħdin iħallu lill-Partit Nazzjonalista. 

Huwa appella lill-Oppożizzjoni biex tispjega dwar dan kif ukoll kif “il-blue heroes qallftu ’l barra lill-Onorevoli Delia biex imbagħad twikkejtu b’persuna li huwa l-inqas wieħed popolari fl-istorja”.

Sport