Thursday, May 9, 2024

Segretarju permanenti ġdid għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Aqra wkoll

Is-Sur Matthew Vella se jkun is-Segretarju Permanenti ġdid għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport. Huwa se jieħu post Dr Frank Fabri li, waqt laqgħa mas-Segretarju Permanenti Ewlieni kmieni dalgħodu, offra li ma jibqax fil-kariga ta’ Segretarju Permanenti. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni aċċetta d-deċiżjoni ta’ Dr Fabri u rringrazzjah għas-servizz u t-tibdil li sar waqt li serva f’dil-ħatra fil-qasam tal-edukazzjoni.

Is-Sur Matthew Vella nħatar Segretarju Permanenti f’Diċembru 2020 fil-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u fil-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat. F’laqgħa llum waranofsinhar, is-Sur Vella ngħata l-inkarigu ġdid tiegħu mis-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Mario Cutajar, b’seħħ minn għada meta jibda perjodu ta’ tranżizzjoni.

Sport