Wednesday, April 24, 2024

‘Il Fuq Minn 1,000 Partner Driver ma’ eCabs

Aqra wkoll

eCabs qed tirreġistra tkabbir record fl-operat tagħha

eCabs, il-kumpanija ewlenija ta’ cabs f’Malta, irreġistrat tkabbir record fl-operat tagħha matul l-aħħar tlett xhur ta’ l-2021, b’riżultat ta’ tnaqqis fir-restrizzjonijiet marbuta mal- Covid. U sena wara li eCabs niedet il-Partner Driver Model tagħha, din il-pjattaforma issa gandha ‘l fuq minn 1,000 sewwieq reġistrat magħha, u dawn qed ikomplu jiżdiedu.

“L-interess fil-mudell tagħna ta’ Partner Drivers qed ikompli jikber, u għalkemm qed ngħixu f’din is-sitwazzjoni kumplikata, xorta qed nesperjenzaw andament pożittiv. Dan l-andament mhux biss qed itejjeb il-kunfidenza fost is-sewwieqa li din is-sena se tkun waħda aħjar, iżda qed tħajjar nies ġodda jidħlu f’din l-industrija,” qal Marvin Cuschieri, Chief People Officer ta’ eCabs. 

Is-sur Cuschieri semma li l-linji ta’ l-ajru low-cost internazzjonali irrappurtaw żiedet qawwija fl-għadd ta’ passiġġieri f’Jannar u li qed ibassru wkoll sajf fejn il-volumi mistennija jkunu bħal dawk ta’ qabel il-covid u iżjed, u għalhekk, eCabs bi ħsiebha tkompli l-2022 fejn ħalliet l-2021.

“It-tbassir tagħna għall-2022 huwa wieħed solidu u skond l-andament li kellna, għandna fiduċja li kapaċi nżommu din l-istess rata ta’ tkabbir. Hekk kif qed joqrob is-sajf, is-suq żgur li se jkollu bżonn iżjed sewwieqa milli hawn bħalissa fil-pajjiż biex ipattu għaż-żieda li mistennija kemm bit-turiżmu kif ukoll bil-klijenti lokali. Se nkomplu ninvestu fit-teknoloġija li biha qed inħaddmu l-mudell tagħna biex is-sewwieqa tagħna jaħdmu b’mod iżjed effiċjenti u b’modiżjed profitabbli.”

Filwaqt li kl-pjattaforma ta‘eCabs’ timmaniġġja x-xogħol kollu l-komunikazzjoni mas-sewwieqa kif ukoll kapaċi tiġbor informazzjoni operattiva b’mod intelliġenti, 

Il-partner driver support team ta’ eCabs jopera 24 siegħa kuljum u jwassal l-għajnuna kollha li s-sewwieqa  kapaċi jkollhom bżonn, flimkien ma’ sistema ta’ commissions vantaġġjużi. 

“Lis-sewwieqa tagħna nirreferu għalihom bħala partner drivers għax verament jirrifletti r-relazzjoni li aħna għandna magħhom, għaliex verament nemmnu li huma stakeholders important ħafna fl-ekosistema tagħna. Il-partner drivers li joperaw fuq il-pjattaforma ta’ eCabs igawdu komunikazzjoni miftuħa u kostanti. Dan, aħna nemmnu, huwa li qed jgħina nibnu industrija sostenibbli għall-ġejjieni”, qal Marvin Cuschieri.

Dawn l-aħħar sentejn raw lil eCabs tkabbar ir-rata ta’ investiment fil-pjattaforma tagħha stess, hekk kif din l-industrija ta’ ride-hailing kompliet tikber u ġġib taqlib fis-settur tat-trasport madwar id-dinja kollha. B’tim ta’ ‘l fuq minn 50 technologist li jaħdmu magħna, il-missjoni ewlenija ta’ eCabs tibqa’ li nibqgħu nikbru permezz tat-teknoloġija li qed niżviluppaw, fejn permezz ta’ dan, qed inkomplu niżviluppaw pjattaforma fejn il-partner drivers ikunu f’kontroll sħiħ ta’ l-operat tagħhom.

“Issa ninsabu lesti għal aktar tkabbir li mistennija tgħaddi minnha il-pjattaforma tagħna matul ix-xhur li ġejjin. Il-fatt li l-partner drivers tagħna qed juru tant fiduċja f’din il-pjattaforma, timlina b’ħafna kuraġġ u minn naħa tagħna se nibqgħu inwettqu iżjed investiment fit-teknoloġija tagħna u remunerazzjonijiet iżjed attraenti talli qed jagħżlu li jaħdmu magħna,” temm is-sur Cuschieri.

Sport