Sunday, November 17, 2024

Tmienja ordnati jħallsu lura €145,000 f’benefiċċji soċjali li ma kinux dovuti lilhom

Aqra wkoll

Tmien persuni ġew ordnati sabiex jagħtu lura aktar minn €145,000 f’benefiċċji soċjali li huma ħadu u li ma kinux dovuti lilhom. 

Il-persuni huma: Justin Vella ta’ 36 sena, Glen Dalli ta’ 28 sena, Isabel Tanti ta’ 41 sena,  Kirsten Vassallo ta’ 31 sena, Chris Fenech Bonnici ta’ 36 sena, Bryan Thomas Slater ta’ 46 sena, Alan Schembri ta’ 42 sena u Selma Zinou ta’ 20 sena.

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, l-imputati wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom. Peress li Zinou għadha studenta, il-Qorti poġġietha taħt ordni ta’ probation għal żmien sentejn. Is-seba’ l-oħra kienu kkundannati sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin.

Il-Prosekuzzjoni f’dawn il-każijiet tmexxiet mill-Ispetturi Michael Tabone, Shaun Friggieri, Keith Caruana Darmanin, Andy Rotin u Wayne Rodney Borg.

Ekonomija

Sport