Prof. Linda Cardozo, meqjusa bħala waħda mill-aqwa ġinekolog fir-Renju Unit mietet nhar il-Ħamis fuq titjira ta’ BA li telqet minn Londra lejn Nice fi Franza. Hi mietet fl-età ta’ 73 sena.
Professuri minn madwar il-pajjiż kollu sellmu l-memorja ta’ Cardozo fejn qalu li l-pajjiż tilef wieħed mill-aqwa ġinekolog li qatt kellu. Minkejja l-età hija kienet taħdem bħala konsulemt ewlieni fl-Isptar King’s Collage f’Londra.
Il-familja tagħha fi stqarrija qalu li fl-aħħar ġimgħat Linda kellha problemi ta’ saħħa, iżda hekk kif bdiet tħossha ftit aħjar hi u żewġha ddeċidew li jmorru ġimgħa vaganza f’Nice fi Franza.
Waqt it-titjira kemm hi u kemm żewġa raqdu u għalhekk kienet xi ħaġa normali għall-membri tal-ekwipaġġ li passiġġieri jagħmlu hekk.
Iżda hekk kif l-ajruplan niżel f’Nice kulħadd qam minħabba Linda fejn imbgħad il-membri tal-ekwipaġġ mill-ewwel indunaw li kien hemm xi ħaġa ħażin. Huma sejħu servizz tal-emerġenza, iżda minkejja kull sforz biex jagħtuha l-ewwel għajnuna hija ġiew iċċertifikata mejta fuq l-ajruplan stess.
Il-familja tgħid li ħafna mill-passiġġieri lanqas biss indunaw li kienet seħħet din il-mewt fuq l-ajruplan hekk kif il-membri tal-ekwipaġġ indunaw lil l-Prof. baqgħet rieqda wara li ħafna mill-istess passiġġieri kienu diġà niżlu.
Minħabba li kienet ftit ma tiflħax fl-aħħar ġimgħat hija ma kinitx għada tmur għax-xogħol iżda kienet ikkomunikat mal-Isptar li kienet se tirritorna hekk kif tmur lura lejn Londra wara l-vaganza.
Il-familja rringrazzjat lill-membri tal-ekwipaġġ kollha tal-BA li ħadu ħsieb lir-raġel ta’ Linda kif ukoll għas-sosten li offrewlhom anke jekk huma ma kellhom l-ebda ħtija f’din il-mewt.
Prof. Cardozo ngħatat diversi unuri fil-ħidma tagħha fosthom il-premju OBE għas-servizz li tat lis-saħħa tan-nisa. Hija serviz bħala l-President tal-Assoċċjazzjoni Internazzjonali tal-Urogynaecological, fost karigi Ewropej u internazzjonali oħrajn.