Monday, May 13, 2024

Pool: Gary Carr jirbaħ it-tieni ranking tournament

Aqra wkoll

Gary Carr huwa r-rebbieħ tat-tieni Euro Ranking Tournament organizzat mill-Malta Pool Association.  F’finali mill-aktar eċċitanti Carr għeleb l-isifda qalbiena ta’ Kevin Schembri bl-iskor ta’ 8-7.  Wara li Carr fetaħ vantaġġ ta’ 6-1, kien Schembri li ddomina t-tieni fażi u wara li gab l-iskor indaqs ta’ 7-7 kellu jkun l-aħħar frame li jiddeċiedi r-rebħ tat-titlu. 

Schembri tilef okkażjoni tad-deheb biex jagħlaq il-logħba biex Carr ħa vantaġġ u għamel l-aħħar boċċa sewda li tagħtu post fit-tim nazzjonali Malti li ser jirrapreżenta lil Malta fil-Kampjonati Ewropej li ser isiru ġewwa l-Irlanda fi Frar li ġej.

Sport