Monday, April 13, 2026

Tmut għalliema maħbuba ħafna mill-iskola St Monica tal-Gżira

Aqra wkoll

“B’qalb imnikkta nħabbru l-mewt ta’ waħda mill-kollegi stmati tagħna, Mariella Zahra.

Mariella kienet tassew persuna li rrappreżentat xi tfisser li tkun Edukatur. Għexet is-sejħa tagħha bl-aktar mod ta’ mħabba, b’qalb tajba u ġentili. Mal-istudenti fdati f’idejha, ​​u magħna lkoll il-kollegi tagħha, kienet sors ta’ sħana, paċenzja u mħabba kbira. Kienet ruħ tassew sabiħa.

Mariella kienet determinata li tgħix għax kienet tħobb. Kienet tbati u kienet tħobb; u billi għamlet dan, għallmitna xi tfisser li tħobb sal-aħħar nett.

Il-preżenza tagħha fostna kienet rigal, u l-assenza tagħha se tinħass ħafna. Se nimmissjawha immens.”

Hekk inkiteb fuq is-sit tal-iskola St Monica tal-Gzira biex isellmu lill-kollega tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport