Mara ta’ 66 sena tilfet ħajjitha fl-Isptar Mater Dei wara li ġimgħatejn ilu hija waqgħet ġo xaft minn għoli ta’ madwar sular.
L-inċident seħħ fit-8 ta’ Diċembru ġewwa residenza fi Triq ir-Ramla, n-Nadur.
Fuq il-post kien issejjaħ tim mediku mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dakinhar il-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ kienet infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Bridget Sultana.