Saturday, December 21, 2024

Tmut it-tarbija li ngħatat ċ-ċittadinanza Taljana biex tingħata kura medika

Aqra wkoll

Indi Gregory, it-tarbija ta’ tmien xhur li l-ġimgħa li għaddiet ingħatat iċ-ċittadinanza Taljan minħabba l-kudizzjoni tagħha, tilfet ħajjitha t-Tnejn filgħodu. Dan tħabbar minn midja nternazzjonali, li qalet kif minkejja l-ġenituri tagħha kienu qed jissieltu kontra li t-tobba li jwaqqfu t-trattament lil binthom billi jitfgħu l-magni, dan xorta seħħ. 

It-tarbija kienet tbagħti minn kundizzjoni li minħabba fiha ġisimha ma jipproduċix biżżejjed enerġija, bil-konsegwenza li jkun hemm tbatija kbira fl-affarijiet bażiċi, fosthom n-nifs. Konsegwenza ta’ dan, sa mill-bidu ta’ Settembru hi kienet qed tgħix biss grazzi għall-apparat mediku.

F’kumment li ta, Dean Gregory, missier Indi stqarr li hu u martu jinsabu rrabjati, imbikkmin u ma għadhom ma jistgħux jemmnu li ttieħdet deċiżjoni bħal din. Dan għaliex huma bħala ġenituri ppruvaw kull mezz ieħor sabiex it-tifla tkun trasferita u tingħata l-aħjar kura possibbli. 

Aktar kmieni il-ġimgħa l-oħra, il-gvern Taljan kien offra ċ-ċittadinanza Taljana lit-tifla, iżda din il-mossa ma wasslitx għas-soluzzjoni li xtaqet il-familja. Anke l-Prim Ministru Taljana Giorgio Meloni ippruvat tintervjeni, billi kitbet lis-Segretarju tal-Istat tar-Renju Unit u talbet għat-trasferiment tat-tifla.

Ekonomija

Sport