Thursday, April 25, 2024

Jagħtih daqqa ta’ pipe tal-ħadid wara li ma setax jifmhu minħabba l-lingwa

Aqra wkoll

Jerom Merhawi ta’ 23 sena mill-Eritrea ġie akkużat mill-Ispettur Eman Hayma li nhar il-Ġimgħa li għaddiet meta kien tas-Sliema sab ta’ daqqa ta’ pipe tal-ħadid lil raġel ieħor.

Jirriżulta li Merhwai sab mobile u ftit wara kien hemm raġel li nduna li l-mobile tiegħu ma kienx għadu għandu. Fl-istorja daħal raġel ieħor li ħaseb li l-akkużat kien seraq il-mobile. Huma pprovaw jikkomunika flimkien, iżda minħabba li t-tlieta li huma jitkellmu b’lingwi differenti qam argument u allegatament l-akkużat qabad pipe tal-ħadid u beda jagħti biha lil raġel ieħor.

Merhwai li quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella qal li m’għandux indirizz fiss wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih. Ma kien hemm l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk l-akkużat baqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Sport