Friday, May 3, 2024

Tmut l-attriċi Louise Fletcher; Magħrufa għall-irwol fil-film ikoniku One Flew Over the Cuckoo’s Nest

Aqra wkoll

Louise Fletcher, l-attriċi li kienet rebħet Oscar għall-irwol tagħha ta’ Nurse Ratched fil-film ikoniku One Flew Over the Cuckoo’s Nest, mietet fl-età ta’ 88 sena. L-attriċi mietet fid-dar tagħha fin-Nofsinhar ta’ Franza.

Filwaqt li Fletcher baqgħet magħrufa l-iktar għall-irwol imsemmi iktar kmieni, hija kellha karriera twila sitt deċennji li kienet tinkludi kemm films u anke sensiliet televiżivi. Kienu bosta dawk l-eks kollegi u anke fanatiċi tad-dinja tal-films li esprimew is-sogħba tagħhom għal din it-telfa. 

Meta Fletcher kienet ġiet magħżula biex tinterpreta l-karattur ta’ Nurse Ratched lura fl-1975 ftit kienu dawk li semgħu biha u dan minkejja li hija kienet bdiet il-karriera  tagħha lura fis-snin 50. In-nuqqas ta’ popolarità tagħha kien seħħ l-iktar minħabba li kienet waqfet għal għaxar snin sħaħ biex setgħet trabbi lil uliedha. Il-karriera tagħha mbagħad kienet ħadet spinta kbira ’l quddiem meta ntgħażlet biex taħdem f’One Flew over the Cuckoo’s Nest flimkien mal-attur ċelebri Jack Nicholson. Dan il-film kien rebaħ numru kbir ta’ unuri tant li hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa ta’ kull żmien.  

Sport