Wednesday, April 24, 2024

Tmut l-attriċi Taljana Gina Lollobrigida, fl-età ta’ 95 sena

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ Gina Lollobrigida, waħda mil-istilel kbar taċ-ċinema fl-Ewropa fiż-żminijiet ta’ bejn l-1950 u l-1960. Hi tilfet ħajjitha fi klinika ġewwa Ruma.

Lollobrigida kienet deskritta bħala waħda mill-isbaħ nisa tad-dinja. Hija tibqa’ mfakkra għas-sehem f’diversi films, fosthom; ‘Cross Swords’ , ‘Hunchback of Notre Dame’ u ‘Beautiful But Dangerous’.

Fit-tfulija tagħha hija bdiet timmudella u tieħu sehem f’diversi kompetizzjonijiet tal-imudellar. L-1970 kienet timmarka l-bidu ta’ karriera fil-ġurnaliżmu għal Lollobrigida sakemm fl-1980 bdiet tipparteċipa fuq it-televiżjoni.

Sport