Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Roberta Magri attriċi fis-serje f’Salib it-Toroq.
Mill-ewwel fuq il-midja soċjali bdew jinkitbu diversi messaġġi ta’ kondoljanzi fosthom dawk l-aktar li ħadmu mill-qrib magħha.
Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Magri kien hemm Ivan De Battista li kiteb “inħossni xxukjat. Imnixxef u maħsud. Għalina, sajjetta fil-bnazzi… Għadha kemm ħallietna persuna li kienet wisq viċin qalbi u qalb Simone. Persuna li kienet tħobbna bi mħabba kbira ħafna. Persuna li kelli x-xorti naħdem magħha bħala attur fis-serje F’Salib it-Toroq – kienet l-ewwel esperjenza tagħha u baqgħet dejjem issemmieha. Persuna li ġimgħatejn ilu bgħatitilna, lili u lit-tifel Ryan, biex inħarbxu kelmtejn għal Jum il-Missier.”
Roberta Magri kien ukoll tmexxi s-sit Skoperta li kien itella’ aħbarijiet ta’ ġrajjiet kurrenti.