Monday, March 9, 2026

Tmut waqt titjira bil-paragliding li kienet irċiviet bħala rigal mill-għarus tagħha

Aqra wkoll

Cristina Colturi, mara ta’ 28 sena minn Coma fl-Italja mietet traġikament hekk kif titjira bil-paragliding marret ħażin. It-titjira saret f’Adeje fi Spanja.

Skont il-midja Taljana, Colturi kienet tħobb tipprattika dan l-isports, iżda xtaqet li tagħmel esperjenza barra mill-Italja.

L-għarus tagħha fil-Milied li għadda, biex jaqta’ x-xewqa tat-tfajla tiegħu ta rigal ta’ titjira bil-paragliding fi Spanja. Jirriżulta li din it-titjira marret ħażin u Colturi spiċċat niżlet b’saħħa kbira fuq il-blat. 

Magħhom kien hemm l-għalliem tal-iskola tal-paragliding, li għalkemm sofra ġrieħi gravi ma tilifx ħajtu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport