Francesca Phillips ta’ 34 sena li tgħix fir-Renju Unit tilfet ħajjitha wara li għall-ewwel darba wżat il-kokaina.
Skont rapporti fil-midja internazzjonali kien ir-raġel tagħha li xtara gramma kokaina għall-prezz ta’ £80 biex “bħala koppja jipprovaw xi ħaġa ġdida.”
Wara ftit minuti li ħadet id-droga, Phillips wiċċha “sar kaħlani” u żewġha mill-ewwel induna li kien ġara xi ħaġa ħażina. Kien għalhekk li ċempel għall-għajnuna.
Iżda skont inkjesta li saret dwar il-mewt tagħha, l-ambulanza damet ma waslet 90 minuta. Sakemm waslet l-ambulanza, il-mara kienet diġà mejta.
L-aħħar kliem li qalet lil żewġha kien li din se tkun l-ewwel u l-aħħar darba li se tuża l-kokaina u żewġha qabel magħha.

