Sunday, December 22, 2024

Tnaqqis pożittiv f’każi ta’ suwiċidji

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fl-2020 l-imwiet b’suwiċidji naqsu meta kkomparati mas-snin ta’ qabel fejn jirriżulta li l-ogħla ammont kien fl-2017 b’total ta’ 25 persuni li mietu b’din il-kawża; 23 fatalità fl-2018 mentri s-sena ta’ wara l-ammont kien ukoll ta’ 21. L-aktar faxxa ta’ età tal-persuni li mietu b’suwiċidju f’dan il-perjodu kienet dik ta’ 25 u 44 sena.

Tnaqqis pożittiv ieħor kien dak fejn jirrigwarda mwiet minn inċidenti tat-traffiku fejn fl-2017 u l-2018 dawn ħadu l-ħajja ta’ 19-il persuna kull sena mentri fl-2019 dan naqas bi tnejn u fl-2020 l-ammont kompla niżel biex f’din is-sena l-fatalitajiet ikkawżati minn inċidenti fit-toroq tagħna kien ta’ 14-il persuna.

L-istess statistika tgħaqqad il-kawżi ta’ mwiet kollha fost residenti Maltin fl-erba’ snin imsemmija b’dik tal-2020 tirriżulta l-ogħla waħda b’total ta’ 4,088 persuna. Fis-snin preċedenti dawn kienu ta’ 3,571 fl-2017; 3,688 fl-2018; mentri fl-2019 l-ammont kien ta’ 3,688 – 400 fatalità inqas minn dawk li kellna fl-2020.

Ekonomija

Sport