Wednesday, July 24, 2024

Tnedija tal-kampanja “Agħżel il-Bnin…Agħżel il-Frisk”

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali nieda kampanja oħra sabiex il-konsumatur  japprezza aktar ix-xogħol tal-bdiewa tagħna, kif ukoll jagħżel prodotti friski. Bħala Ministeru dejjem sħaqna li napprezzaw il-fatt li għalkemm aħna gżira ċkejkna, bil-ħila tal-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin, ingawdu minn prodotti friski li għadna biex inkunu kburin bihom.

Il-kampanja li nedejna “Agħżel il-Bnin…Agħżel il-Frisk” ser tkun wirja għall-prodotti friski disponibbli għaIl-konsumatur lokali s-sena kollha. L-għan aħħari ta’ din il-kampanja huwa li jitqanqal apprezzament lokali lejn il-prodott frisk u konsegwentament lejn il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda f’Malta u Għawdex. Għalkemm li din il-kampanja nedejnijha waqt ċirkostanzi diffiċli, importanti niftakru li wara l-produzzjoni tal-ikel hemm il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda tagħna li jaħdmu bla waqfien sabiex iwasslulna ikel bnin u frisk.

Ekonomija

Sport