Monday, December 23, 2024

Tnejn bla saqaf fuq rashom mixlija li pprovaw jisirqu minn residenza f’Birkirkara

Aqra wkoll

Dejan Stojanovic ta’ 22 sena mis-Serbja u Michal Lukasz Nowak ta’ 38 sena mill-Polonja, it-tnejn bla residenza fissa f’pajjiżna, inżammu arrestati wara li ġew akkużati li pprovaw jisirqu minn residenza li tinsab fi Triq Karm Zerafa, Birkirkara.  

Il-każ seħħ nhar is-26 ta’ Marzu li għadda, biż-żewġt irġiel jinqabdu minn filmati tas-CCTV li kien hemm fl-akwati waqt li kienu deħlin f’komun ta’ blokka appartamenti. Huwa ġew arrestati ftit tal-jiem wara qrib l-istabbiliment Maypole fl-istess lokalità.

L-Ispettur Elton Taliana spjega lill-Qorti kif l-imputati m’għandhomx fejn jirrisjedu u li kien faċli għall-pulizija biex tidentifikahom minħabba li kienu liebsa l-istess ħwejjeġ meta ġew arrestati.

Minbarra l-akkuża ta’ attentat ta’ serq, l-Ispettur Taliana xliehom ukoll li nhar it-3 ta’ April, u fix-xhur ta’ qabel, għexu ħajja ta’ għażż u ta’ vagabondaġġ.

Iż-żewġt irġiel wieġbu mhux ħatja tal-akkużi iżda baqgħu jinżammu arrestati wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elton Taliana mentri l-Avukat Josette Sultana dehret għall-imputati.

Ekonomija

Sport