Saturday, May 4, 2024

Immigranti miċ-Ċentru Miftuħ fost l-14-il każ ġdid ta’ Covid-19

Aqra wkoll

Waqt l-aħħar konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus f’pajjiżna, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci kkonfermat li minn 656 swab tests kien hemm 14-il persuna li rriżultaw pożittivi. B’hekk it-total ta’ persuni konfermati infettati huwa dak ta’ 227 persuna.

Rigward il-pazjenti hija qalet li hemm tlieta fl-ITU, erbgħa fl-Isptar Mater Dei fi swali iżolati, 20 pazjent f’St Thomas Hospital, tmienja fl-Isptar Boffa, wieħed f’Mount Carmel.

Qalet li l-14-il każ huma ta’ trasmissjoni lokali. Minn dawn hemm 11 li huma rġiel u tliet nisa.

L-Etajiet  tal-persuni konfermati llum ivarjaw bejn il-15 u s-86 sena. Qalet li hemm  waħda bejn il-15 u l-20 sena, ħamsa ta’ bejn l-20 u t-30 sena, tnejn ta’ 30 sena, tnejn bejn l-40 u l-50 sena, tlieta bejn is-60 u s-70 sena, u mara ta’ 86 sena.

Għall-mistoqsija ta’ uħud mill-ġurnalisti Gauci kkonfermat li minn fost il-każijiet il-ġodda hemm uħud li kienu jinsabu fiċ-Ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.

Hija appellat biex anke dawk il-persuni bis-sintomi ħfief, fosthom diahrea jew sintomi ta’ nifs ħfief, iċemplu fuq l-111, biex tiġi evalwata s-sitwazzjoni klinika.

Hija żiedet tappella biex ma noħorġux u li dan il-ħruġ isir biss fejn hemm verament każ ta’ bżonn.

Sport