Monday, May 20, 2024

Refuġjat Sudaniż joqtol tnejn u jħalli oħrajn midrubin fi Franza

Aqra wkoll

Żewġ persuni nqatlu u ħamsa oħra ndarbu f’attakk terroristiku li seħħ fi Franza.

Skont xhieda fuq il-post, l-aggressur daħal f’tabakkerija f’Romans-sur-Isère viċin Grenoble u attakka lis-sidien u xi klijenti. Huwa attakka aktar persuni f’żewġt iħwienet oħra qabel ġie arrestat.

Il-prosekuturi qalu li s-suspettat huwa refuġjat Sudaniż li għandu madwar 30 sena u li jgħix fir-raħal. Huma qalu wkoll li fil-mument li ġie arrestat huwa nstab għarkupptejh jitlob bl-Għarbi.

L-aggressur ma kienx magħruf mal-pulizija qabel dan il-każ u jidher li hu talab lill-pulizija biex toqtlu wara dak li kien għamel.

Sport