Friday, November 29, 2024

Tnejn ferut wara sparatura fi sptar fil-Ġappun

Aqra wkoll

Żewġ persuni ndarbu fi sparatura fi sptar fil-belt ta’ Toda, fil-Ġappun. Is-suspettat, li hu maħsub li għandu bejn il-50 u s-70 sena, ħarab fuq mutur u bħalissa qed ikun imfittex mill-pulizija.

Intant, il-midja lokali rrapportat li żewġ persuni oħra ttieħdu bħala ostaġġi f’uffiċċju postali f’Warabi. Għadu mhux magħruf jekk iż-żewġ inċidenti humiex relatati.

Il-midja Ġappuniża xandret filmati ta’ raġel li deher iġorr pistola u waqaf fid-daħla ta’ uffiċċju postali qrib l-Isptar Ġenerali Toda Chuo fejn iż-żewġ persuni ġew milquta minn tiri ta’ arma tan-nar. 

Iż-żewġ persuni midruba ġew identifikati bħala tabib u pazjent anzjan mentri l-ostaġġi ntqal li huma żewġ nisa. L-uffiċċju postali imsemmmi mill-awtoritajiet ta’ Warabi jinsab madwar 2.5 kilometri bogħod mill-Isptar Ġenerali Toda chuo. 

Sport