Thursday, May 9, 2024

“Ninvolvu lin-nies fl-implimentazzjoni tal-miżuri” 

Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa tal-Kabinett

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Nemmen li s-sigriet tal-Budget 2024 kien wieħed – li nżilna ħafna man-nies, man-negozji, fuq il-postijiet tax-xogħol, ħadna ħafna mill-aspettattivi tan-nies u inkorporajna kemm stajna minnhom fid-dokument tal-Budget. Fil-fażi li jmiss nixtieq nara l-istess stil, li ninvolvu lin-nies fl-implimetazzjoni tal-miżuri.” 

Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa tal-Kabinett li ffokat minnufih fuq l-implimentazzjoni tal-Budget. Huwa beda billi nnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-Budget għal din is-sena kienet waħda b’saħħitha u saħaq li rridu nkomplu nibnu fuq dik ir-rata għas-sena d-dieħla. 

“Il-manifest sodisfatt li qed jiġi mwettaq u l-budget tat-Tnejn beda jagħtina pedament ieħor b’saħħtu għall-implimentazzjoni ta’ aktar miżuri minn dak il-manifest,” qal il-Prim Ministru filwaqt li rringrazzja lill-membri tal-Kabinett tal-kontribut tagħhom fit-tfassil tal-Budget.

Huwa qal li s-sigriet tas-suċċess ta’ dan il-Gvern dejjem kien li baqa’ qrib in-nies. Għalhekk, huwa enfasizza li jeħtieġ li nkomplu naħdmu f’din id-direzzjoni.

“Il-Budget tat-Tnejn kien wieħed ta’ tama u li ta direzzjoni lil dan il-pajjiż li rridu nibqgħu dejjem immexxuh ‘il quddiem bis-saħħa. Ejja nibqgħu motivati fil-ħidma tagħna,” temm jgħid il-Prim Ministru. 

Sport