Friday, July 17, 2026
Home Internazzjonali Il-pulizija f’Pariġi jisparaw fuq mara wara theddid

Il-pulizija f’Pariġi jisparaw fuq mara wara theddid

0
282

Il-pulizija Franċiża kontra t-terroriżmu sparaw fuq mara li ma kinitx armata wara li allegatament bdiet thedded lil persuni waqt li kienu mexjin f’Pariġi.

Sors fi ħdan il-pulizija qal lill-BBC li huma intervjenew fl-istazzjon tal-ferrovija Bibliothèque François-Mitterrand.

Il-mara, li kienet liebsa velu sħiħ, allegatament heddet li tisplodi lilha nnifisha. Wara li rrifjutat li tikkopera mal-pulizija, dawn allegatament sparaw fid-direzzjoni tagħha.

Il-mara nstemgħet tgħajjat “Allahu Akbar. Dan l-istess sors qal li l-“pulizija kienu qed jibżgħu għas-sigurtà tagħhom.”

Huwa mifhum li l-mara tinsab f’qagħda kritika iżda stabbli wara li ntlaqtet minn tiri ta’ arma tan-nar f’żaqqha.