Saturday, May 4, 2024

Il-PN b’viżjoni ekonomika li tindirizza l-isfidi tal-Maltin u l-Għawdxin

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista qed iwassal il-viżjoni ekonomika tiegħu b’soluzzjonijiet għax lest jindirizza l-isfidi biex jagħti dak li għandhom bżonn il-Maltin u l-Għawdxin: ħajja aħjar f’pajjiżna.

Dan kien il-messaġġ li ħareġ minn konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kelliem għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia, mill-Kelliem għall-Ekonomija u l-Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi Ġodda Ivan J. Bartolo u mill-Kelliem għas-Settur Marittimu u x-Xogħol Ivan Castillo l-għada tal-preżentazzjoni tal-Budget 2024.

Il-kelliema qalu li l-Budget li ppreżenta l-Gvern hu bla soluzzjonijiet għax ma jindirizzax l-isfidi li l-aktar jinkwetaw lin-nies. Min-naħa l-oħra, kulħadd hu konvint li hemm bżonn mudell ekonomiku ġdid u għalhekk, il-Partit Nazzjonalista ilu jitkellem dwar dan, b’diversi proposti.

Il-kelliema tennew li dan il-Budget kien biss eżerċizzju finanzjarju u mhux pjan finanzjarju.

Il-kelliema tal-PN qalu li fil-Budget li ppreżenta lbieraħ filgħaxija, il-Gvern ma pprovda l-ebda soluzzjoni għall-aktar sfidi diffiċli u li Minflok għażel li jkompli jwebbes rasu meta kulħadd qallu li hemm bżonn li ma jintnaxxax il-COLA.

Quddiem it-tħassib tal-poplu kollu dwar kif id-dejn se jkollu jitħallas minn uliedna u wlied uliedna, il-Partit Nazzjonalista kompla jippreżenta nifs ġdid għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-kelliema qalu li l-Budget ippreżentat ilbieraħ nesa liż-żgħir. Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem b’risq il-vulnerabbli, bl-għodda biex kull Malti u Għawdxi jikseb is-suċċess li jixraqlu.

Sport