Pakistani ta’ 33 sena u Bulgaru ta’ 50 sena jinsabu fil-periklu tal-mewt wara inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.00pm fi Triq Ħal Far Birżebbuġa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Isuzu D-Max, misjuq minn raġel ta’ 51 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Peugeot 308, misjuqa minn Pakistan ta’ 33 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fil-Peugeot, kien hemm ukoll erba’ Bulgari, tliet irġiel u mara, li l-età tagħhom tvarja bejn 23 u 50 sena.
Fuq il-post issejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u permezz ta’ diversi ambulanzi ttieħdu l-Isptar Mater Dei il-persuni kollha involuti fl-inċident. Aktar tard, il-Pakistan u l-Bulgaru ġew iċċertifikati li weġġgħu serjament filwaqt li l-oħrajn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.