Thursday, April 25, 2024

Tnejn imutu u eluf evakwati f’għargħar f’Kuba

Aqra wkoll

Minn tal-inqas żewġ persuni tilfu ħajjithom fil-kapitali Kubana Havana kawża ta’ għargħar ikkawżat minn “fdalijiet” tal-Uragan Agatha.

L-Uragan Agatha kien laqat lill-Messiku nhar it-Tnejn li għadda u hemm ħalla disa’ persuni mejtin. Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet dawk deskritti bħala “fdalijiet tal-uragan” ħallew l-effett tagħhom fuq Kuba fejn hemm niżlet 20 ċentimetru ta’ xita, bil-kapitali Havana tkun fost l-iktar affettwati. 

Kawża tal-għargħar, kw­ażi 2,000 persuna kellhom jiġu evakwati minn djarhom f’Havana, filwaqt li 50,000 persuna oħra ġew evakwati minn żoni viċin il-kapitali. Għadd ta’ partijiet mill-pajjiż spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku. 

Sport