Monday, February 10, 2025

Tnejn iweġġgħu gravi wara li waqgħu b’vann fil-Wied ta’ Marsalforn

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tad-9.00pm tal-bieraħ fejn il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex. L-inċident seħħ fit-triq ta’ Marsalforn.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Maċedonjan ta’ 25 sena u residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, tilef il-kontroll tal-vann Isuzu WFR li kien qiegħed isuq u waqa’ f’wied madwar sular u nofs għoli. Fil-vettura kien hemm ukoll Maċedonjan ieħor ta’ 36 sena u jgħix iż-Żebbuġ, Għawdex ukoll.

Fuq il-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu. Ambulanza ħadet lill-irġiel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtieġa, fejn ġew iċċertifikati bi ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ilbieraħ:Persuni l-isptar wara li nqalbu bil-karozza u waqgħu sular u nofs f’Marsalforn

Żewġ persuni bħalissa qegħdin jiddaħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li ftit tal-ħin ilu inqalbu bil-karozza u waqgħu madwar sular u nofs.

L-inċident seħħ fi Triq ta’ Marsalforn fejn kellhom jissejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex il-persuni jinħarġu mill-vettura.

Sorsi qrib il-korp tal-Pulizija qalulna li l-persuni huma ta’ nazzjonalità Serba u kien b’miraklu li nħarġu ħajjin mill-vettura.

Huma ttieħdu l-Isptar b’ambulanza, u l-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija mill-Għassa tar-Rabat qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport