Monday, September 23, 2024

Tnejn l-Isptar wara ħabta f’San Ġwann

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ 53 sena residenti San Pawl il-Baħar u raġel li kien passiġġier u ligħandu 31 sena residenti l-Gżira ttieħdu l-Isptar Mater Dei.

Dan wara li għall-ħabta tas-1:30 p.m, kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq San Mikiel Anton Vassalli f’San Ġwann.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, jirriżulta li s-sewwieq tal-karozza tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ġo siġra. Fl-inċident kien hemm involut ukoll trakk misjuq minn raġel ta’ 30 sena mill-Belt li laqat il-karozza.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-midruba l-isptar. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

Aktar informazzjoni malli taslilna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport