Monday, May 12, 2025

Tnejn l-Isptar wara inċident fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Żewġ perusni kellhom jiddaħlu l-Isptar wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn qatet fir-Rabat Għawdex. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Peugeot Partner misjuqa minn raġel ta’ 37 sena mix-Xagħra, u Ford Focus li kienet misjuqa minn raġel ta’ 57 sena mix-Xagħra wkoll.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Il-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport