Monday, May 13, 2024

Tnejn l-isptar wara li ġuvni ttajjar fil-Mosta

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 16-il sena residenti n-Naxxar ittajjar waqt li kien qiegħed isuq ir-rota fi Triq Indri Bezzina l-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.10pm meta l-ġuvni ttajjar minn karozza Suzuki Swift li kienet misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti n-Naxxar.

Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lill-ġuvni. Hu ttieħed l-isptar għal aktar osservazzjoni u l-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.

Is-sewwieq tal-karozza li tajjar lill-ġuvni wkoll kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba l-xokk kbir li kellu fuqu.

Il-pulizija qegħdin jinvesigaw dan il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport