Wednesday, April 24, 2024

Tnejn mixlija li aggredew u serqu żewġ persuni fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Żewġ Eritreani baqgħu jinżammu arrestati wara li ġew mixlija li aggredew u serqu żewġ persuni fi Triq Joe Sciberras, il-Ħamrun, fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. 

Daniel Syum Nrayo ta’ 31 sena u Maeaho Tesfay ta’ 25 sena, kienu mixlija li serqu flus kontanti minn fuq raġel ta’ 32 sena residenti Tal-Pietà u mara ta’ 37 sena mill-Moldova.

Huma ġew mixlija wkoll li kkaġunaw ġrieħi gravi fuq il-mara ta’ 37 sena, li kkaġunaw feriti ħfief fuq ir-raġel ta’ 32 sena u li żammewhom kontra l-volontà tagħhom. 

L-allegati vittmi kienu stqarrew mal-Pulizija li kienu ġew misruqa u aggrediti minn tliet irġiel barranin. Minnufih bdiet tfittxija għall-aggressuri u ftit wara l-Pulizija nnotaw żewġ persuni suspettużi li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li taw il-vittmi u ġew arrestati. 

Nrayo u Tesfay wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom iżda baqgħu jinżammu arrestati wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tagħhom. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit 

Sport