Saturday, December 21, 2024

“Tolleranza żero għar-razziżmu”

Aqra wkoll

Waqt li dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni kontra t-tliet kuntistabbli akkużati li ħatfu, sawtu u abbandunaw barranin f’Ħal Qormi, il-Maġistrat Joe Mifsud kien ċar rigward li l-bżonn li l-ġustizzja ssir mingħajr dewmien.  

Il-Maġistrat Joe Mifsud tenna jgħid li kull min jgħix f’dan il-pajjiż għandu d-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu. Qal iżda li razziżmu, ġej minn fejn ġej, mhu tajjeb imkien u li hemm bżonn tolleranza żero fejn jidħlu dawn il-kwistjonijiet.

Saħaq ukoll fuq il-bżonn li jkun hemm tagħlim interkulturali u li kulħadd jimxi mal-liġijiet.

Ekonomija

Sport