F’Ġunju ta’ din is-sena ir-rata annwali tal-inflazzjoni kienet ta’ 6.2%, jiġifieri kien hemm tnaqqis meta ikkumparat ma’ dak li kien irreġistrat ix-xahar ta’ qabel, dak ta’ Mejju.
Din l-informazzjoni ħarġet minn ċifri pprublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wera li r-rata tal-inflazzjoni kienet imkejla mill-Inidiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur, l-HICP.
Mill-istess statistika ħareġ li r-rata medja annwali fuq tnax-il xahar għal Ġunju 2023 kienet 6.9%.
L-NSO qalet ukoll l-ogħla impatt pożittiv fir-rata annwali tal-inflazzjoni kien imkejjel fl-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku