Monday, May 13, 2024

L-aħħar preparamenti għal edizzjoni oħra ta’ ‘Iljieli Melleħin”

Tlett ijiem t'attivitajiet għall-familja kollha

Aqra wkoll

It-28, 29 u t-30 ta’ Lulju se jkunu qed jimmarkaw fuq il-kalendarju tal-avvenimenti bħala tlett ijiem li fihom dak li jkun ma jistax ma jżurx il-lokalità tal-Mellieħa.

F’dawn il-ġranet il-lokalità se tkun qiegħda tospità edizzjoni oħra ta’ ‘Iljieli Melleħin’ fejn fost affarijiet oħra se jkun hemm mużika, arti, talent lokali u attività oħra għall-familja kollha.

Is-Sindku Mellieħi Dario Vella

F’kummenti lil Talk.mt, is-Sindku Mellieħi Dario Vella appella lill-pubbliku inġenerali biex ma jitlifx dan l-ispettaklu uniku. “Fuq il-palk prinċipali il-Ġimgħa nibdew b’kunċert ta’ Kevin Borg u l-band, is-Sibt inkomplu b’ talent Mellieħi u l-Ħadd nagħlqu b’show mill-isbaħ ta’ Josuel as Elvis, fost kantanti u gruppi oħrajn”, qalilna Vella filwaqt li żied jgħid li se jkun hemm ukoll żona apposta għall-artisti u oħra għat-tfal fost l-oħrajn.

L- Attività hija organizzata mill-Kunsill Lokali Mellieħa bl-għajnuna ta’ Visit Malta, Ministeru ghat-Turizmu, Reġjun Tramuntana u Banif Bank. 

“Nħeġġiġkom biex tattendu u flimkien nieħdu gost f’dawn it-tlett ijiem uniċi. Narawkom!”, tenna Vella.

Sport