Tuesday, November 26, 2024

Tonqos ir-rata ta’ inflazzjoni fix-xahar ta’ Novembru

Aqra wkoll

Ir-rata annwali tal-inflazzjoni f’Novembru, kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) naqset b’0.3 fil-mija fuq ix-xahar ta’ qabel, minn 4.2 fil-mija għal 3.9 fil-mija.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, juru li r-rata medja annwali fuq tnax-il xahar għal Novembru 2023 kienet 5.9 fl-mija.

L-ogħla impatt pożittiv fuq ir-rata annwali tal-inflazzjoni kien imkejjel fl-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+1.45 punti perċentwali), mentri l-ogħla impatt negattiv kien irrekordjat fl-Indiċi tal-Komunikazzjoni (-0.37 punti perċentwali).

Sport