Saturday, November 23, 2024

“Tony wieżen fija valuri trejdunjonistiċi u kont inqisu n-nannu tiegħi” – Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU

Aqra wkoll

Miktub Minn Claudio Coleiro/ Filmat Alan Saliba/ Ritratti Roger Azzopardi

YouTube video

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja qal li f’ismu u f’isem il-GWU xtaq iwassal il-kondoljanzi lill-familjari ta’ Anthony Busuttil. “Jien għalija Tony ma kienx biss il-persuna li wieżen fija valuri trejdunjonistiċi imma kont inqisu n-nannu tiegħu,” qalilna s-Segretarju Ġenerali tal-GWU.

Huwa fakkar kif Tony kien regolarment jitkellem magħhom dwar l-esperjenzi tiegħu u anke fuq il-familja tiegħu li tant kienet għażiża għalih. Iddeskrivih bħala bniedem li għex it-tbatijiet fl-istess waqt li għaraf u baqa’ attiv fit-trejdunjoniżmu sakemm baqgħet tippermettilu saħħtu. 

“Tony kien baqa’ jiġi l-unjin, jgħidilna l-esperjenzi u l-istejjer tiegħu ta’ x’kien jiġri fit-Tarzna. Minn hawn insellimlu. Il-ħaddiema llum jirringrazzjaw persuni bħal Tony li fiż-żmien li huwa immilta fit-trejdunjoniżmu fl-eqqel tiegħu ma kien hawn l-ebda kundizzjonijiet. Kien grazzi għall-ħidma ta’ persuni bħalu li l-kundizzjonijiet tax-xogħol li għandna, li llum neħduhom foregranted, kienu huma li ġġieldu għalihom biex daħlu fis-seħħ u ġew parti liġi tax-xogħol,” tenna Bugeja.

Sport