Tuesday, May 28, 2024

Tork bi ġrieħi gravi wara li waqa’ f’bokka ta’ ġibjun fil-pjazza tal-Birgu

Aqra wkoll

Tork ta’ 35 sena residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4:30 p.m, kien involut f’inċident fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa , fil-Birgu.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma waqa’ madwar żewġ sulari u nofs ġo bokka ta’ ġibjun waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin

Ilbieraħ filgħaxija: Tork jaqa’ f’bokka ta’ ġibjun fil-pjazza tal-Birgu

Ħaddiem ta’ nazzjonalità Torka se jkun qiegħed jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, wara li għall-ħabta tal-4:20 p.m kien involut f’inċident fil-Birgu.

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ dan is-sit li l-ħaddiem waqa’ f’bokka ta’ ġibjun waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet fl-istess pjazza.

Fuq il-post issejħu diversi uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtu l-għajnuna meħtieġa. Fuq il-post hemmm ukoll diversi Pulizija u ambulanzi

Aktar dettalji malli jaslulna.

Sport