Monday, April 29, 2024

Iżreal b’attakk fuq l-Iran

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-5.00am (ħin lokali) meta l-forzi Iżrealiti wettqu attakk fuq il-belt ta’ Isfahan li fiha hemm impjant nukleari fl-Iran.

Is-sitwazzjoni hija waħda perikoluża mmens fil-Lvant Nofsani hekk kif issa wieħed irid jara x’se tkun ir-reazzjoni tal-Iran li diġà wissa’ li jekk Iżreal jattakk huma se jkunu qegħdin jirrispondu b’saħħa.

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden fi stqarrija qal li l-ewwel programm nukleari tal-Iran ma kien fil-mira tal-attakk, iżda wissa’ wkoll lil Iżreal biex ma jkomplix jagħmel is-sitwazzjoni diffiċli u l-gwerra tkompli tinfirex mar-reġjun kollu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport