Thursday, December 26, 2024

Toroq b’wiċċ ġdid jinqalgħu wara ftit… daqt ftehim bejn Infrastructure Malta u l-WSC

Aqra wkoll

Minn VICTOR VELLA

Xi ħaġa li ddejjaq lil ħafna nies u donnha hi problema li għadna ma solvejnihiex hi dik li jkun hemm toroq li jkunu ġew asfaltati iżda wara ftit żmien partijiet minnhom jerġgħu jitħaffru biex jgħaddu xi servizz. L-ORIZZONT hu infurmat li din il-problema kienet qed tkun diskussa u trattata fl-aħħar ġimgħat. Fil-fatt jidher li hemm qbil biex isir memorandum of understanding biex din il-kwistjoni tiġi rranġata. 

Il-Ministru għall-Enerġija, Michael Farrugia, meta kkummenta ma’ Inewsmalta dwar din il-ħidma qalilna li “waħda mill-affarijet li kien għad jonqos naħdmu sew fuqhom hi dik tal-koperazzjoni bejn Infrastruttura Malta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Għalkemm hemm koperazzjoni sħiħa bejn Infrastruttura Malta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinqalgħu diversi kwistjonijiet dwar proġetti biex wieħed ilaħħaq mal-ieħor. M’hemmx kordinament daqshekk intensiv f’dan is-settur. Nista’ ngħid li intlaħaq qbil għal memorandum of understanding u dan il- ħsieb tiegħu hu prinċipalment biex ikun hemm kordinamenet bejn iż-żewġ naħat u wieħed jara l-bżonn ta’ wieħed mal-ieħor. Dan hu importanti biex ix-xogħol ma jsirx dopp-ju.”

Il-Ministru Farrugia saħaq li “ġieli jkun hemm toroq li jsiru u wara jerġgħu jinqalgħu għax ma jkunx sar xi servizz jew inkella biex ibiddlu servizz bħad-drenaġġ jew ilma. Issa b’dan il-kordinament ikunu qed jintużaw l-fondi aħjar. Issa se jibda jkun hemm l-istess tender u l-kuntrattur jagħmel ix-xogħol. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se jgħaddu l-materjal u dak kollu li jkun hemm bżonn biex jgħaddu s-servizzi mingħajr il-bżonn li terġa’ tinqala’ fi żmien qasir. L-għan tal-memorandum of understanding hu li naraw kif nistgħu naħdmu tim wieħed minflok tnejn fi proċess finali,” qalilna l-Ministru Farrugia. 

Ekonomija

Sport