Friday, December 13, 2024

Tottenham f’taqtiegħa ma’ Arsenal għal Tariq Lamptey

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur qed jippreparaw biex jidħlu f’taqtiegħa ma’ Arsenal għall-firma tad-difensur ta’ Brighton & Hove Albion, Tariq Lamptey.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena tilef il-bidu tal-istaġun 2021-22 b’injury fil-hamstring iżda ilu involut b’mod regolari għas-Seagulls minn nofs Ottubru.

Id-difensur ħalla impressjoni qawwija fit-team ta’ Graham Potter minn meta ngħaqad magħhom mingħand Chelsea f’Jannar 2020, u Arsenal huma ħerqana li jiffirmawh matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Huwa mifhum li hemm ukoll interess ġenwin minn Tottenham, bil-club minn Londra lest jli jidħol f’taqtiegħa mar-rivali tagħhom għall-firma tad-difensur lemini.

Ir-rapport isostni li Brighton jistmaw lil Lamptey fir-reġjun ta’ £50 miljun, u offerta ta’ Spurs għall-Ingliż tista’ twassal biex Matt Doherty jirritorna ma’ Wolverhampton Wanderers b’self.

Il-mixja impressjonanti ta’ Tottenham fil-kampjonat taħt Antonio Conte ġabithom fit-tenattiv li jiksbu post mal-ewwel erbgħa, bil-club bħalissa jinsab fis-sitt post tal-klassifika, żewġ punti biss wara Arsenal li jinsabu fir-raba’ post b’żewġ logħbiet f’idejhom.

Ekonomija

Sport