Saturday, May 4, 2024

Dusan Vlahovic b’riservi dwar trasferiment possibbli ma’ Arsenal

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Fiorentina, Dusan Vlahovic għandu riservi dwar trasferiment possibbli ma’ Arsenal.

Il-Gunners huma wieħed mill-aktar clubs marbuta b’mod qawwi ma’ offerta għas-Serb u jistgħu potenzjalment jużaw lil Lucas Torreira bħala parti minn ftehim bejn player u flus kontanti.

Torreira stabbilixxa ruħu bħala player regolari fl-ewwel 11 tal-Viola matul l-esperjenza ta’ self tiegħu, u l-Gunners offrew lill-internazzjonali Urugwajan u £46m biex jiksbu l-firma ta’ Vlahovic.

Madankollu, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena mhux daqshekk ħerqan biex jiċċaqlaq lejn it-Tramuntana ta’ Londra hekk kif jibqa’ jimmira lejn proġett aktar ‘ambizjuż’.

Interessati fi Valhovic hemm Manchester City, Real Madrid u Juventus.

Vlahovic jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-aqwa skorers tas-Serie A b’16-il goal minn 20 dehra fis-Serie A f’dan l-istaġun, u l-ftehim tiegħu ma’ Fiorentina jiskadi fl-2023.

Sport