Tuesday, April 30, 2024

Tottenham Hotspur determinati li jakkwistaw lil Weston McKennie

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur huma determinati li jakkwistaw lill-midfielder ta’ Juventus, Weston McKennie.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena kien f’forma impressjonanti għall-Bianconeri matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja darbtejn fi 13-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u lagħab id-90 minuta sħaħ fir-rebħiet riċenti tagħhom fiċ-Champions League kontra Zenit St Petersburg.

Tottenham ‘jammiraw ħafna’ lill-midfielder ċentrali, u l-manager il-ġdid Antonio Conte qed jagħmel minn kollox biex jakkwista lil dan il-player fil-bidu tal-2022.

Madankollu, il-forma riċenti ta’ McKennie wasslet biex Juventus jgħollu l-prezz mitlub tiegħu, bi Spurs issa jridu jħallsu aktar minn €20m biex jiffirmawh.

L-internazzjonali tal-Istati Uniti inizjalment kien ingħaqad mal-Bianconeri b’self mingħand Schalke 04 matul l-istaġun 2020-21 qabel ingħaqad magħhom b’mod permanenti.

B’kollox, il-midfielder ċentrali – ikkuntrattat mal-Bianconeri sa Ġunju 2025 – skorja tmien goals u rreġistra tliet assists f’59 dehra għal Juventus fil-kompetizzjonijiet kollha.

Sport