Tottenham Hotspur jinsabu ferm viċin li jilħqu ftehim mad-difensur lemini ta’ Middlesbrough, Djed Spence.
Iċ-chairman ta’ Spurs Daniel Levy ilu jmexxi n-negozjati mat-team immexxi minn Chris Wilder għal dan il-player ta’ 21 sena filwaqt li Fabio Paratici qed jiffoka fuq miri minn xi clubs oħra.
Tottenham inizjalment tħabtu biex jaslu għall-ftehim għat-trasferiment ta’ Spence, li jingħad li huwa stmat għal £20 miljun mill-club taċ-Championship.