Tottenham Hotspur ma tilfux it-tama li jakkwistaw lil Adama Traore mingħand Wolverhampton Wanderers.
Spurs kellhom diversi offerti miċħuda għall-Ispanjol fis-sajf, iżda kien maħsub li l-maġġoranza ta’ dak l-interess ġie mill-ex manager Nuno Espirito Santo li kien fit-tmexxija tal-club.
Liverpool ilhom ukoll interessati fi Traore, b’Jurgen Klopp qabel iddeskrivih bħala “ġojjell”.
Spurs mistennija jqajmu l-interess tagħhom fil-player ta’ 25 sena, minkejja li Antonio Conte ħa post Nuno bħala manager.
Wolves m’għandhom l-ebda pjan li jestendu l-kuntratt ta’ Traore – li jiskadi fl-2023 – li jfisser li jista’ jħalli l-Molineux Stadium dalwaqt.
Il-winger għamel 143 dehra mal-club minn meta ffirma mingħand Middlesbrough fl-2018, u skorja għaxar goals.