Tottenham Hotspur ingħaqdu fit-tellieqa biex jakkwistaw lill-attakkant ta’ Everton, Richarlison.
Il-player ta’ 24 sena mistenni jitlaq minn Goodison Park matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf anke jekk il-club minn Merseyside jirnexxielu jżomm il-post tiegħu fil-Premier League.
Rapport riċenti sostna li Manchester United u Real Madrid kienu t-tnejn interessati li jiffirmaw lill-player internazzjonali tal-Brażil fis-suq li ġej.
Madankollu, huwa mifhum li hemm interess qawwi wkoll minn Tottenham, bit-team immexxi minn Antonio Conte qed jipprepara biex jidħol f’taqtiegħa mar-Red Devils u l-Los Blancos għall-firma tiegħu dan is-sajf.
Huwa mifhum li Richarlison jippreferi jibqa’ fil-Premier League għall-istaġun li ġej, wara li impressjona fil-football Ingliż minn meta ngħaqad ma’ Watford mingħand Fluminense fl-2017.
Everton huma maħsuba li japprezzaw lill-player mill-Amerika t’Isfel, li fadallu aktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu f’Goodison Park, fir-reġjun ta’ €80m (£66.8m).
Richarlison reġa’ kien player importanti għat-Toffees matul l-istaġun 2021-22, għamel 25 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn skorja seba’ goals u pprovda erba’ assists fil-proċess.