Tuesday, May 14, 2024

Ruben Dias se jitlef il-konfront kontra Liverpool

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, ikkonferma li d-difensur ċentrali Ruben Dias se jitlef il-konfront tal-Ħadd fil-Premier League kontra Liverpool.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ilu barra mil-logħob mill-1 ta’ Marzu b’injury fil-hamstring u sussegwentement tilef l-aħħar sitt logħbiet tas-City fil-kompetizzjonijiet kollha.

Guardiola qal li Dias ikollu bżonn bejn ‘għaxart ijiem u ġimagħtejn’ qabel ma jkun jista’ jirritorna għat-taħriġ tal-ewwel team.

Huwa kkonferma li “l-players kollha huma disponibbli” għall-konfront kontra Liverpool ħlief Dias.

City xorta waħda kisbu riżultati pożittivi fin-nuqqas tad-difensur, fejn rebħu erba’ partiti u ġew draw fi tnejn mill-aħħar sitt logħbiet tagħhom fil-kompetizzjonijiet kollha, u sofrew biss żewġ goals fil-proċess.

John Stones, Aymeric Laporte u Nathan Ake huma lkoll f’kontestazzjoni biex jibdew mal-ewwel 11 fi rwol ta’ difensur ċentrali kontra t-team immexxi minn Jurgen Klopp, bl-ewwel tnejn jidhru l-aktar probabbli li jipu utilizzati minn Guardiola.

City bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-Premier League, punt biss fuq Liverpool li jinsabu fit-tieni post meta għad fadal tmien logħbiet għat-tmiem tal-Premier League.

Sport