Thursday, April 25, 2024

Kevin De Bruyne fiduċjuż li jista’ jkompli jilgħab fl-ogħla livell meta jintemmlu l-kuntratt

Aqra wkoll

Il-playmaker ta’ Manchester City, Kevin De Bruyne, jinsab fiduċjuż li jista’ jkompli jilgħab fl-ogħla livell wara d-data ta’ skadenza tal-kuntratt attwali tiegħu, iżda rrifjuta li jeskludi tluq potenzjali mill-Etihad Stadium meta jintemm il-kuntratt tiegħu mas-Citizens.

Il-player internazzjonali tal-Belġju, li jagħlaq 31 sena f’Ġunju, ilu mas-Citizens minn meta ingħaqad magħhom minn ma’ Wolfsburg fl-2015 u huwa taħt kuntratt sas-sajf tal-2025.

De Bruyne żviluppa f’wieħed mill-aqwa midfielders fil-football dinji ma’ Man City, u l-playmaker kien player ewlieni fl-iskwadra ta’ Pep Guardiola, fejn rebaħ tliet titli tal-Premier League, ħames EFL Cups u FA Cup waħda.

L-ex midfielder ta’ Chelsea jemmen li jista’ jkompli jilgħab fil-quċċata għall-ħames snin li ġejjin, iżda jinsisti li jeħtieġ li jkun fil-‘club it-tajjeb’ bl-‘isfida t-tajba’ fl-aħħar stadji tal-karriera tiegħu.

“Fadalli tliet snin oħra fil-kuntratt tiegħi ma’ Man City u dak huwa żmien twil. Sakemm inkun tajjeb u nħossni kuntent nilgħab imma diffiċli niddeċiedi issa kemm se ndum.”

“Nista’ nara lili nnifsi għadni nilgħab ta’ 35 jew 36 sena imma jrid ikun il-club it-tajjeb biex nagħmel dan fejn ikolli sfida tajba.”

De Bruyne għamel 297 dehra għal Man City fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn skorja 80 goal u pprovda 115-il assist.

Sport